26/04/2025
Kull bidu ghandu tmiem.
Wara 43 sena bhala l familja Dalli noperaw il Hunters Tower Restaurant illum wasal dak il jum li ninfurmawkom li l ahhar servizz taghna ser ikun f' Jum l Omm, 11 ta Mejju 2025.
Ma nafx jekk hawnx familja ohra li damu joperaw l stess restaurant ghal 43 sena minghajr interruzzjoni. U din mhux bicca xoghol facli ! Ta dan ahna kburin.
Kien vjagg sabih hafna. Zmienijiet iebsin kellna wkoll u mhux ftit imma b' sagrificcji kbar ghelibnijom.
Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw l ewwel nett lil familji rispettivi taghna lil dejjem hadu pacenzja bina minhabba l hinijiet tax xoghol taghna, lil dawk il hafna nies li hadmu maghna, lil fornituri li dejjem kienu ta spalla u ovvjament lil hbieb u klijenti li kienu jigu.
Ser inhossu in nuqqas taghkom immens !!!!
Niehu l okkazjoni biex nifrah lil familja Bugeja ta Bilom Group li huma s sidien il godda tal Hunters Tower. Perswaz li ser jibnu Lukanda kif jixraq lir rahal pittoresk ta Marsaxlokk u lin naha t' isfel ta Malta.
Mil gdid GRAZZI LIL KULHADD.